Funeral Date
12th January 2022
Mass Time
15:30
Church
Santa Marija Assunta
Triq il-Kbira
Mosta
Date of Death: 04th January 2022
Published on: 04th January 2022
In the spirit of remembrance, we're offering a heartfelt gesture this November.
List your notices on RIP.com.mt for FREE throughout the entire month!
It's our way of honoring and remembering those we've lost. Share your cherished memories, and let's keep their legacies alive.
Add a NoticeDr. Calvagna kien bniedem umli li ta ħajtu kollha lit-tfal morda u lill-ġenituri tagħhom li tant kien iħobb.
Għallimna kif inkunu ta’ servizz għall-oħrajn mingħajr ma nistennew xejn lura. Grazzi tal-eżempji sbieħ u l-valuri li rawwimt fina.
Ma ninsewk qatt u nibqgħu nħobbuk għal dejjem Kondoljanzi lil martu Carmen, uliedu Francesca u Rebecca, familjari u ħbieb kollha.
Il-ħajja tat-tabib maħbub Dr. Victor Calvagna ser tiġi ċċelebrata nhar l-Erbgħa 12 ta’ Jannar ġewwa l-Bażilika tal-Mosta fit-3.30pm.
Fiċ-ċirkustanzi li ninsabu fihom bħalissa, minħabba n-numri għoljin tal-COVID, l-organizzaturi qed jagħmlu ħilithom kollha sabiex il-funeral isir skont ir-regolamenti maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Iċ-Ċelebrazzjoni ser tixxandar live permezz ta’ link li jidher fuq il-paġna tagħna dakinhar filgħodu (https://www.facebook.com/Puttinucares/).
Nifhmu li kulhadd jixtieq jippartecipa f'din ic-celebrazzjoni pero ser inkunu qed nahdmu b'numru limitat ta biljetti.
Nitolbukom tikkoperaw magħna u tifhmu s-sitwazzjoni, minkejja li nifhmu li ħafna jixtiequ jattendu għall-funeral.
Nixtiequ nirrispettaw ix-xewqa tal-familjari tieghu li fil-knisja ikun hemm ġabra ta' talb.
B’hekk l-ebda camera mhu ser tkun permessa waqt il-quddiesa ġewwa l-knisja.
Sors: Puttinu Cares