We sadly announce the passing of

Nadab JOHN

+ 18th July 2026



L-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp Rabat tal-Imdina tesprimi sogħba kbira għall-mewt traġika ta’ Nadab John.

F’dan il-mument ta’ niket, ningħaqdu fit-talb mal-ġenituri tiegħu, ma’ ħutu u mal-familjari kollha tiegħu.

Inwasslu wkoll il-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-membri tal-komunità Pakistana f’Malta, lill-Patrijiet Franġiskani u lill-komunità tal-abbatini tal-Knisja ta’ Ġieżu, li magħhom Nadab sab familja, ferħ u sens ta’ appartenenza.

Nitolbu lill-Mulej jilqgħu fi ħdanu u jagħti faraġ, saħħa u tama lil dawk kollha li jinsabu mnikkta bit-telfa tiegħu.

Strieħ fis-sliem, Nadab.

Il-ħeġġa u l-ferħ li bihom servejt fuq l-artal jibqgħu mfakkra minn dawk kollha li kellhom ix-xorti li jsiru jafuk.

Il-funeral ser jingħata mill-Provinċja Franġiskana ta’ Malta u ser isir nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Lulju 2026, fid-9:00 a.m., fil-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta.

Il-liturġija se tkun iċċelebrata bl-Urdu.

Wara, Nadab jindifen fl-oqbra tal-Patrijiet Franġiskani fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Fil-mewt tagħna ieqaf magħna, O Missier l-aktar Ħanin.