Funeral Date
08th February 2025

Mass Time
10:30

Church
San Gwann
St John Square
Valletta

Date of Death: 05th February 2025
Published on: 06th February 2025

We sadly announce the passing of

Mons Victor GRECH

* 19th October 1929
+ 5th February 2025



Jgħaddi għall-ħajja ta' dejjem

MONS. VICTOR GRECH

nhar l-Erbgħa 5 ta' Frar, fl-għomor ta' 95 sena.

Dun Victor ġie ordnat saċerdot fl-1956. Għal diversi snin, kien Rettur tas-Seminarju u lettur fl-Università ta' Malta. Fl-1977 inħatar delegat għall-Ħidma Soċjali u Karitattiva tal-Knisja. Minn din il-ħidma, fost l-oħrajn, nibet it-twaqqif tal-Caritas, li sal-lum magħrufa għall-impenn soċjali f'diversi oqsma tal-ħajja f'pajjiżna.

Nirringrazzjaw lil Alla tal-fedeltà ta' dan is-saċerdot, lejn il-Knisja u s-soċjetà Maltija. Inżommu f'talbna lil qrabatu u l-komunitajiet li f'ħidmietu tant ħabb.

 

Jagħtih il-Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu.

Jistrieħ fis-sliem. Ammen.


PROGRAMM TAL-FUNERAL TA’

MONSINJUR VICTOR GRECH

ORGANIZZAT MILL-GVERN TA’ MALTA


Il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar 2025

9:30am
Tluq tal-Korteo funebri mill-Isptar Mater Dei għaċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta' San Blas fil-limiti ta‘ Ħaż-Żebbuġ

9:55am
Wasla tal-Korteo funebri fiċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta' San Blas

10:30am
Il-katavru ta’ Monsinjur Victor Grech ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta' San Blas

Monsinjur Victor Grech ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku:

Il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar 2025
10:30am – 1:00pm | 3:00pm – 6:00pm

Fiċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta' San Blas ser ikun hemm il-ktieb tal-kondoljanzi fejn il-pubbliku jkun jista’ jiffirma

 

Is-Sibt, 8 ta’ Frar 2025

9:15am
Tluq tal-Korteo funebri miċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta' San Blas fejn jingħata tislima mir-residenti

9:40am
Wasla tal-Korteo funebri quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja f’Tal-Ibraġġ

Tingħata tislima mill-Kleru tal-Parroċċa ta’ Marija Immakulata u mir-residenti Tal-Ibraġġ fejn Monsinjur Grech kien residenti u serva bħala saċerdot għas-servizz tal-komunità

9:45am
Tluq tal-Korteo funebri minn quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata, Tal-Ibraġġ

09:55am
Wasla tal-E.T. Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta

10:14am
Wasla tal-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Robert Abela u s-Sinjura Abela

10:16am
Wasla tal-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono u s-Sur Spiteri Debono

10:20am
Wasla tal-Korteo funebri fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

10:30am
Quddiesa praesente cadavere fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta kkonċelebrata mill-E.T. Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta

 

Wara l-Quddies, il-Funeral ikompli f’forma strettament privata.


Condolences & Tributes

Share this page